Ara min kienu r-rebbieħa tal-Premju Soċjetà Ġusta 2018

DOI - Jeremy Wonnacott

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis ħabbar ir-rebbieħa ta’ Premju Soċjetà Ġusta 2018 f’serata li saret f’Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta.

Fi stqarrija, is-Segretarjat qal li r-rebbieħa tal-ħames edizzjoni tal-premju huma:

Premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilità
Irene Schembri

Premju għal Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità
Malta Girl Guides Association

Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-isport, arti u kultura
Equality in Music – Down Syndrome Association

Premju għall-iktar kumpanija li topera b’mod inklussiv
Maltapost plc

Premju Soċjetà Ġusta
Vickie Gauci

Premju Perseveranza
Clayton Micallef

Ir-rebbieħa ta’ ħames premji ntgħażlu minn bord indipendenti, filwaqt li Premju Perseveranza ġie mogħti mis-Segretarju Parlamentari Agius Decelis.

Il-bord tal-għażla kien immexxi mill-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna, u magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Joe Cini, id-Dekan tal-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà Prof. Andrew Azzopardi, Olivia Farrugia li tmexxi d-diviżjoni tal-Inclusive Employment Services ġewwa Jobsplus, u l-ġurnalist Keith Demicoli.