Ara min kienu r-rebbieħa tal-Premju għat-Tnaqqis tal-Iskart

Il-Wasteserv organizzat id-disa’ edizzjoni tal-Premju għat-Tnaqqis tal-Iskart fid-Dolmen Hotel.
Kien hemm total ta’ 100 parteċipant. Din iċ-ċelebrazzjoni annwali tagħmel parti minn inizzjattiva li ssir madwar l-Ewropa. Hija wkoll parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqas tal-Iskart (EWWR).
L-inizzjattivi rebbieħa Maltin għall-EWWR kienu maqsumin f’seba’ kategoriji:

  • Amministrazzjoni Pubblika: Kunsill Lokali Għajnsielem
  • Assoċjazzjonijiet: Agara Foundation
  • Stabbilimenti Edukattivi: St. Nicholas College, Rabat Primary
  • Amministrazzjoni tan-Negozju: Ojo Hair and Beauty Lounge
  • Ċittadin individwali: Abigail Azzopardi
  • Tqajjim tal-Kuxjenza dwar il-Clean-ups: #Żibel, Kunsill Studenti Universitarji, u De La Rue Currency & Security Print Ltd 
  • L-Aħjar Prattika f’Inizzjattiva Innovattiva: Kunsill Lokali Gżira 

 Il-Bormla, l-Imġarr, Marsaxlokk, Għajnsielem, il-Fontana, u x-Xewkija rebħu premju għall-ġbir tal-iskart organiku.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut