Ara min jista’ juża b’xejn l-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa

Hemm diversi kriterji ta’ persuni li mhumiex Maltin li jkunu jistgħu jibbenedikaw minn servizz ta’ saħħa mingħajr ħlas.

  • Kull persuna  li  hija  ċittadin  jew għandha nazzjonalità  ta’  pajjiż barra  l-Unjoni  Ewropea  u  li  jkollha  liċenzja  għax-xogħol u li tkun qiegħda     titħallas il-kontribuzzjoni  f’Malta.
  • Ċittadini ta’  pajjiż  barrani  li  għandu  ftehim  reċiproku ma’  Malta  dwar  il-kura  tas-saħħa.
  • Kull persuna  li  hija  ċittadin  jew għandhom nazzjonalità  ta’ pajjiż barra l-Unjoni Ewropea li tgawdi    l-libertà ta’ moviment.
  • Hemm ukoll persuni li huma ċittadini jew  għandhom nazzjonalità  ta’  pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li jkunu f’Malta fuq stedina tal-Gvern  f’kapaċità  konsultattiva  jew  li  jagħtu  parir lill-Gvern.
  • Kull persuna  li  hija  ċittadin  jew  ta’nazzjonalità  ta’  pajjiż barra  mill-Unjoni  Ewropea  li  tkun  qegħda  tagħmel kors ta’ studji fl-Università   ta’   Malta, l-MCAST jew l-ITS.
  • Persuni li  jipproduċu  d-dokumentazzjoni  meħtiega  mid-Dipartiment tas-Saħħa skont ir-Regolamenti tal-Komunità Ewropea li jkunu fis-seħħ dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali.
  • Persuni li jgawdu minn Protezzjoni Internazzjonali f’Malta, persuna ddikjarata bħala benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali għandha tkun intitolata li tirċievi l-kura medika tal-Istat. Id-dokumenti uffiċjali li jinħarġilhom juru li huma jgawdu minn dan l-istatus u li b’hekk huma jkunu intitolati.

Dawn il-persuni jkunu mitluba d-dokumentazzjoni uffiċjali li biha jkun ikkonfermat l-intitolament. Iċ-ċertifikat tat-twelid hu importanti sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm rapport/ relazzjoni u li bih ikun ikkonfermat l-intitolament.

Dawn id-dettalji ħarġu mill-mistoqsija parlamentari tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.