Jitħabbru l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari

Read in English.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ippubblika l-lista uffiċċjali ta’ min se jkunu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari fil-kabinett ta’ Robert Abela sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

F’intervista fuq 103, Abela kien qal li l-akbar bżonn bħalissa hija li tintela l-kariga ta’ Ministru għat-Turiżmu. Hu kien qal li reshuffle tal-membri tal-Kabinett ma kinitx ta’ prijorità.

Fil-lista wieħed jista’ jara kif oqsma bħall-akkomodazzjoni soċjali, il-wirt nazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-annimali ttellgħu fuq livell ministerjali.

Ġie spjegat li l-Ġustizzja u l-Governanza kif ukoll l-Ambjent u l-Ippjanar ġew ikkonsolidati f’ministeru wieħed filwaqt li l-Infurzar tal-Liġi ngħata responsabbiltà ministerjali flimkien mal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Intqal ukoll li l-oqsma Ewropej u barranin ingħaqdu f’dekasteru wieħed, dan sabiex il-pajjiż jimplimenta b’mod iktar effettiv il-ħidma tiegħu barra minn Malta.

 Min huma l-Ministri fil-Kabinett il-ġdid? 

Chris Fearne: Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

Miguela Xuereb

Fearne baqa’ jservi fl-istess kariga li kien fiha qabel meta l-Gvern kien qed jitmexxa minn Joseph Muscat.

Evarist Bartolo: Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Il-kariga ta’ Bartolo qabel kienet dik ta’ Ministru għall-Edukazzjoni u x-xogħol.

Edward Scicluna: Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Miguela Xuereb

Scicluna żamm l-istess Ministeru li kellu f’idejh taħt it-tmexxija ta’ Muscat.

Michael Farrugia: Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma

Farrugia qabel kien il-Ministru tal-Intern, hu issa ħa l-kariga li qabel kienet okkupata minn Joe Mizzi. Mizzi ma ħa l-ebda kariga.

Owen Bonnici: Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Miguela Xuereb

Minn Ministru għall-Kultura, l-Ġustizzja u Gvern Lokali, Bonnici issa ħa l-portafoll ta’ Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Din il-kariga qabel kienet ta’ Evarist Bartolo.

José Herrera: Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Minn Ministru għall-Ambjent, Herrera issa se jibda jieħu ħsieb il-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Carmelo Abela: Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Minister Carmelo Abela addressing the Business Forum.

Minn Ministru għall-Affarijiet Barranin, Abela issa se jkun responsabbli mill-iżvilupp sostenibbli, djalogu soċjali u implimentazzjoni tal-manifest elettorali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ian Borg: Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Borg jibqa’ bl-istess kariga li kellu qabel. Hemm ċans iżda li tnaqqsu xi responsabbiltajiet.

Justyne Caruana: Ministru għal Għawdex

Caruana iżżomm il-portafoll ta’ Ministru għal Għawdex.

Michael Falzon: Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Luke Zerafa

Michael Falzon iżomm l-istess Ministeru li kellu f’idejh qabel.

Edward Zammit Lewis: Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

European Union, 2019

Minn Membru Parlamentari, għal Ministru għall-Ugwaljanza taħt Muscat u issa, jingħata wkoll il-portafoll tal-Ġustizzja u l-Governanza.

Roderick Galdes: Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

DOI: Pierre Sammut

Minn Segretarju Parlamentari, Galdes baqa’ tiela bil-portafoll tiegħu tal-Akkomodazzjoni Soċjali għal livell Ministerjali.

Silvio Schembri: Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar

Minn Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, Schembri issa ħa l-Ministeru li qabel kien qed jitmexxa minn Chris Cardona. Cardona ma ngħata l-ebda kariga fil-kabinett.

Julia Farrugia Portelli: Ministru għat-Turiżmu

Luke Zerafa

Farrugia Portelli hija waħda minn dawk li minn Segretarju Parlamentari ngħatat l-irwol ta’ Ministru. Filwaqt li taħt Muscat hi kienet isservi bħala Segretarju Parlamentari għar-Riformi, iċ-Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni, issa ħadet Ministeru li għal xi ġimgħat kien vakat wara r-riżenja ta’ Konrad Mizzi.

Aaron Farrugia: Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Miguela Xuereb

Aaron Farrugia qabel kien iservi bħala Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali.

Clint Camilleri: Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur

Miguela Xuereb

Minn Segretarju Parlamentari, Camilleri huwa wkoll wieħed minn dawk li se jieħu l-portafoll tiegħu u ftit aktar fuq livell Ministerjali. Hu qabel kien is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Byron Camilleri: Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Miguela Xuereb

Fl-aħħar leġiżlatura, Camilleri kien qed iservi bħala whip tal-Gvern.

Min huma s-Segretarji Parlamentari?

Stefan Zrinzo Azzopardi: Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Zrinzo Azzopardi qabel kien biss Membru Parlamentari.

Clayton Bartolo: Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Qabel hu kien biss Membru Parlamentari.

Clifton Grima: Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Luke Zerafa

Grima żamm l-istess portafoll li kellu qabel.

Chris Agius: Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġett Kapitali

Luke Zerafa

Agius ingħata aktar responsabbiltà hekk kif qabel kien Segretarju Parlamentaru tal-Ippjanar u l-Qasam tal-Propjetajiet.

Silvio Parnis: Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità

Minn Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Komunitajiet, issa Parnis se jimxi għal Segretarjat Parlamentari ieħor fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.

Rosianne Cutajar: Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi

Miguela Xuereb

Minn Membru Parlamentari, Cutajar ħadet kariga ta’ Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza. Ministeru issa mmexxi minn Edward Zammit Lewis.

Deo Debattista: Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika

DOI Kevin Abela

Deo Debattista se jkun qed iżomm l-istess kariga ta’ Segretarju Parlamentari. Din il-kariga tinsab fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur.

Alex Muscat: Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet

Muscat ingħata kariga ta’ Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi. Qabel hu kien biss Membru Parlamentari.