Ara min huma l-parteċipanti f’X Factor: Celebrity

Mil-lejla fl-Ingilterra, fuq l-istazzjon ITV, se jingħata bidu għal X Factor: Celebrity fejn għadd ta’ personalitajiet se jkunu qed jikkompetu bejniethom biex jimpressjonaw lil Simon Cowell, Louis Walsh u Nicole Scherzinger.

Il-personalitajiet li se jkunu qed jipparteċipaw huma varji u jinkludu uċuh li nafuhom, u oħrajn li mhux daqshekk magħrufa magħna.

Min iħobb dawn it-tip ta’ programmi żgur se jkun qed ifittex fuq diversi siti biex isegwi l-andament ta’ din il-kompetizzjoni ġdida.

Imma min huma l-personalitajiet li se jkunu qed jipparteċipaw?

L-attriċi u mudella Hayley Hasselhoff, bint l-attur David, ta’ sensiliet bħal Knight Rider (Supercar) u Baywach.

Il-kantanta ta’ 26 sena Megan McKenna li fl-2017 kellha s-silta popolari High Heeled Shoes.

L-attur u kantant Kevin Hale, magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni ta’ Artie Abrams fis-sensiela Glee.

Il-ġurnalist Martin Bashir li jibqa’ magħruf għall-intervista li kien għamel 24 sena ilu lill-Prinċipessa Diana

Il-preżentatriċi Amerikana Ricki Lake, magħrufa għat-talk shows tagħha.

L-attriċi Victoria Ekanoye tas-soap opera Coronation Street.

L-attur Jonny Labey li hu magħruf għall-parti ta’ Paul Coker fis-soap opera EastEnders.

L-attriċi Olivia Olson tal-film Love Actually.

L-eks futboler Vinnie Jones.

Jenny Ryan, waħda mill-quiz masters fil-programm The Chase.

L-isportivi Thom Evans, Ben Foden u Levi Davis se jipparteċipaw bħala Try Three.

L-influencers fuq il-mezzi soċjali Sofia, Alondra, Laura, Natalie u Wendii se jipparteċipaw bħala V5.

Wes Nelson, Samira Mighty, Eyal Booker u Zara McDermott mir-reality show Love Island se jipparteċipaw flimkien bħala The Love Islanders.

L-influencers Max and Harvey li għandhom ukoll programmi televiżivi tat-tfal. Bħala influencers isegwuhom madwar 6 miljun persuna.

Fl-aħħarnett, Brendan Cole ta’ Strictly Come Dancing, u Jeremy Edwards ta’ Hollyoaks u Holby City, se jipparteċipaw bħala d-duo Cole and Edwards.