Ara min huma l-mistiedna llejla f’The Entertainers

The Entertainers

L-Eċċellenza tiegħu l-president tar-Repubblika, Dr. George Vella u s-sinjura tiegħu, il-kantanti Lyndsay Pace, Ruth Portelli u Jessica Magro kif ukoll l-illużjonista popolari Lorenzo se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fl-edizzjoni tas-Sibt li ġej ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television fit-8.30pm.

Matul il-programm tas-Sibt li ġej minbarra li l-kanzunetti se jkunu kollha bit-tema tal-Milied, se nsiru nafu aktar mill-qrib lill-President tar-Repubblika u lis-sinjura tiegħu f’intervista esklussiva fl-istudio. Ikompli wkoll il-logħob, din id-darba bejn mużiċisti u kantanti residenti kif ukoll dawk mistiedna.

Tkompli wkoll l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti tfal u anke oħrajn daqsxejn aktar maturi fl-età.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, “The Entertainers” iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time flimkien ma’ Sharon Buhagiar b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.