It-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel (LISU) fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat ċerimonja ta’ premjazzjoni fl-Iskola Primarja tal-Imġarr tal-Kulleġġ San Nikola. Matul din iċ-ċerimonja li saret nhar it-Tlieta, 4 ta’ Ġunju, ġew mogħtija premjijiet lill-edukaturi u l-istudenti minn Kinder 1 sas-sitt sena li ġew l-ewwel, it-tieni u t-tielet fil-kompetizzjonijiet relatati mal-Jum Dinji tal-Ktieb, organizzati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Ir-rebbieħa ta’ kull sena ngħataw ċertifikat kif ukoll vawċer li jissarraf f’kotba.
L-edukaturi u l-istudenti li ġew l-ewwel f’dawn il-kompetizzjonijiet huma:
- Kinder 1 – Is-Sa Tania Muscat (L-Iskola Primarja tal-Isla fil-Kulleġġ Santa Margerita)
- Kinder 2 – Is-Sa Roberta Debono (L-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Ġorġ fil-Kulleġġ San Injazju)
- L-Ewwel Sena – Is-Sinjuri Miriam Deguara u Svetlana Sellar (L-Iskola Primarja tas-Siġġiewi fil-Kulleġġ San Injazju)
- It-Tieni Sena – Is-Sa Jacqueline Montanaro (L-Iskola Primarja tal-Mosta A fil-Kulleġġ Maria Reġina)
- It-Tielet Sena – Nina DeBono Curmi (St Francis School, Rabat Għawdex)
- Ir-Raba’ Sena – Jaden Attard (L-Iskola Primarja ta’ Mosta B fil-Kulleġġ Maria Reġina)
- Il-Ħames Sena – Mariah Grech (St Francis School, Rabat Għawdex)
- Is-Sitt Sena – Kurt Cutajar (St Francis School, Rabat Għawdex)
Fiċ-ċerimonja ngħataw ukoll numru ta’ premjijiet speċjali. Wieħed minn dawn il-premjijiet ingħata lill-Iskola Primarja tal-Isla tal-Kulleġġ Santa Margerita.
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ferħet u rringrazzjat lil kull min ħa sehem f’attivitajiet biex jitfakkar il-Jum Dinji tal-Ktieb.