Nicole Dimech, Joshua Stuart, u Ymen Riahi kellhom id-disinn rebbieħ ta’ kompetizzjoni għad-disinn ta’ muniti kommemorattivi taż-€2 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Fi stqarrija, il-Bank Ċentrali qal li Nicole Dimech u Ymen Riahi jattendu l-Kulleġġ ta’ San Nikola tar-Rabat filwaqt li Joshua Stuart jattendi l-Kulleġġ Marina Reġina.
Il-Kompetizzjoni ġiet organizzata f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).
It-temi tad-disinji tal-muniti kienu l-wirt kulturali, in-natura u l-ambjent, u l-logħob. Kien hemm 129-il sottomissjoni.
It-tliet studenti li rebħu ngħataw tablet u l-iskejjel tagħhom ingħataw €1,000.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-inizjattiva tagħmel enfasi fuq il-valur tas-solidarjetà filwaqt li tippromwovi l-kreattività.
Dan il-programm tal-ħruġ tal-muniti beda fl-2015. Fl-2017, €69,865 fi qliegħ ingħataw lill-MCCFF.
Għal aktar informazzjoni dwar il-muniti tista’ tagħfas hawn.