Ara min ġej għall-Isle of MTV ta’ din is-sena

Tħabbru l-ewwel żewġ artisti għall-Isle of MTV ta’ din is-sena, li huma Martin Garrix u Bebe Rexha.

Iż-żewġ artisti se jipparteċipaw fil-kunċert annwali li din is-sena se jsir fid-9 ta’ Lulju fuq il-Fosos tal-Furjana. Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi fuq Twitter. Din se tkun it-13-il edizzjoni tal-Isle of MTV.

Apparti mis-suċċessi li kisbu individwalment, huma partikolarment magħrufin għall-kanzunetta li ħarġu flimkien 3 snin ilu, In the Name of Love.