Ara min ġej f’Division 7!

Issa li qed nerġgħu lura għan-normal, bosta sensiliet qed jerġgħu ikomplu jinħadmu biex f’Ottubru li ġej ikunu jistgħu jitwasslu aktar episodji.

Fost dawn is-sensiliet diġà hemm ikkonfermata Division 7 li se jkun qed jidħol fit-tmien staġun tiegħu.

Ritratt fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Division 7 ħoloq ħafna interess u reazzjonijiet pożittivi hekk kif ippubblikaw l-ewwel ritratt ta’ karattru ġdid li se jkun qed jasal fil-puntati ‘l ġodda.

Għaraftuha?

Minkejja l-irtokk mill-aqwa li għandha, bosta huma dawk li għarfuha u fil-fatt dan il-karattru ġdid se jkun interpretat minn Jo Christine “JC” Scicluna li ħafna jassoċċjawha mal-karattru ta’ Karmelina fis-sensiela F’Salib it-Toroq.

Hija interpretat bosta karattri f’diversi sensiliet oħra u f’Settembru se nkomplu narawha fuq TVM fl-aħħar tlett puntati tas-sensiela L-Għarusa.

Min jaf x’karattru se jkollha f’Division7! Bla dubju se tkun qed tqaxxru fl-interpretazzjoni u sadattant kull min isegwi s-sensiela jkompli jimtela’ bl-aspettattiva.

Division 7 huwa produzzjoni ta’ DBA Entertainment.