Ara meta tista’ tmur tara X Factor Malta

Għaddejjin sew il-preparazzjonijiet għat-tieni staġun tal-programm X Factor Malta, l-aktar programm segwit fil-gżejjer Maltin.

Filwaqt li sar il-ġbid ta’ bosta fażijiet, issa tħabbar li fl-20 u fil-21 ta’ Settembru, fl-MFCC f’Ta’ Qali, se jiġu ffilmjati l-programmi fil-fażi taċ-chair challenge.

Int tista’ tkun parti mill-udjenza, tista’ wkoll issemma’ leħnek u minn jaf kapaċi tgħin lill-ġurija jiddeċiedu min għandu jgħaddi fil-fażi ta’ wara.

Kull ma trid tagħmel għall-biljetti huwa li tidħol fis-sit showshappening.com