Ara meta tista’ tagħti d-demm bħala Strina

Miguela Xuereb

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru għandha tkun l-istrina għall-morda fl-isptarijiet tal-gżejjer Maltin.

Is-Servizz qed iħeġġeġ l-aktar lill-Qriema biex nhar il-Ħadd bejn it-8:30am u s-01:00pm jmorru jagħtu d-demm bħala Strina. Il-Qriema u oħrajn se jkunu jistgħu jagħmlu dan grazzi għall-mobile blood donation unit li dakinhar se jkun fil-parkeġġ il-kbir ta’ maġenb l-iskola primarja, viċin il-knisja parrokkjali ta’ San Bastjan, Ħal Qormi.

Tinsiex tieħu miegħek il-karta tal-identità.

Xerred kemm jista’ jkun il-kelma għall-benefiċċju ta’ dawk il-pazjenti b’mard kroniku, inkluż tal-kanċer, dawk li se jiġu operati, kif ukoll dawk korruti.

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt

Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 79307307 jew Freephone 80074313

Għoti tad-Demm f’Ħal Qormi – Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru “Għotja demm nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru għandha tkun strina…

Posted by National Blood Transfusion Service – Malta on Thursday, December 26, 2019