Ara meta se tkun magħluqa Blata l-Bajda

Infrastructure Malta qed tavża li minn għada fit-8pm, sat-8am tas-Sibt, se tkun qed jibda x-xogħol fuq il-gverta ta’ 105 metri tal-pont il-ġdid għall-mixi u r-roti fi Blata l-Bajda.

Dan il-pont se jkun qed jgħaqqad iz-zona tal-Ħamrun, mal-Għolja Spencer u l-inħawi tal-Menqa, fil-Furjana  u l-Marsa.

Infrastructure Malta spjegat li l-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq San Ġorġ Preca direzzjoni mill-Furjana lejn il-Marsa se tkun magħluqa.

Infrastructure Malta appellat biex is-sewwieqa jsegwu t-tabelli għall-rotta alternattiva mit-Telgħa ta’ Spencer u Moll il-Ħatab.