Ara meta se tivvota jekk rikoverat l-isptar jew resident f’xi dar

Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża li l-jum tal-votazzjoni fl-istituzzjonijiet t’hawn taħt se jkunu hekk: Ir-Residenza San Vinċenz de Paul u 31 dar tal-anzjani se jivvutaw is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2019; l-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jivvutaw il-Ħamis, 23 ta’ Mejju, 2019.

Il-ħin tal-votazzjoni se jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.

Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-31 dar tal-anzjani, se jkunu qed jivvutaw f’dawn il-postijiet dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti, iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom sas-Sibt, 11 ta’ Mejju, 2019.

Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa residenti f’San Vinċenz u fid-djar tal-anzjani, għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju, 2019. Fit-18 ta’ Mejju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.

Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkunu jistgħu jivvutaw f’dawn il-postijiet il-votanti rikoverati fihom sas-6.00pm tat-Tnejn, 20 ta’ Mejju, 2019, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom.  Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu għandhom sal-21 ta’ Mejju, 2019.

Il-31 dar li se jkunu qed jivvutaw nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju huma dawn:

01FlorianaSir Paul Boffa Hospital
02Il-ĦamrunDar San Pawl
03Santa VeneraL-Istitut ta’ Apap
04Santa VeneraCasa Francesco
05BormlaDar tal-Anzjani
06Iż-ŻejtunDar l-Anzjani
07Il-FguraResidenza San Ġużepp
08PaolaCasa Paola
09L-ImtarfaDar għall-Anzjani
10Ir-Rabat (M)Villa Messina
11Ir-Rabat (M)Dar Saura
12Ir-Rabat (M)St Elizabeth Home
13Ħal BalzanCasa Antonia
14BirkirkaraDar tal-Kleru ‘Christus Sacerdos’
15L-ImsidaDar l-Anzjani
16L-ImsidaJasmine Nursing Home
17San ĠiljanCasa Leone XIII
18San ĠiljanResidenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp
19Tas-SliemaCasa Marija
20Ħ’AttardDar  Santa Katerina
21Ħ’AttardRoseville
22Il-MostaSorijiet Franġiskani ‘Pax Et Bonum’
23Il-MostaCasa Arkati
24Il-MostaĊentru Anzjani
25Il-MostaCentral Home
26Il-MellieħaDar il-Madonna tal-Mellieħa
27In-NaxxarDar Sagra Familja/Dar Loyola
28In-NaxxarSimblija Care Home
29San Pawl il-BaħarCasa Serena
30San Pawl il-BaħarCasa San Paolo
31San LawrenzVilla San Lawrenz