Ara meta se jkunu magħluqin it-toroq viċin l-Ajruport

Inrastructure Malta qed tavża li llejla mit-8pm, sal-5am ta’ għada se tkun qed titpoġġa fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont għall-mixi u r-roti. Għalhekk Vjal l-Avjazzjoni, it-triq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-mini ta’ Ħal Kirkop se jkunu magħluqa għat-traffiku.

Infrastructure Malta qalet li t-triq bejn Triq Ħal Far u l-Gudja se tkun magħluqa bejn it-8pm u d-9pm tal-lejla sakemm tinġarr l-istruttura.

Huma appellaw lill-pubbliku biex isegwu r-rotot alternattivi fosthom it-Triq tal-Barrani, Triq il-Gudja u Dawret il-Gudja. Żiedu biex dawk li jridu jaqbdu xi titjira jaħsbulu kmieni.