Ara meta se jkompli jixxandar Division 7 is-sena d-dieħla

Divisiion 7

Nhar l-Erbgħa li għadda fuq l-istazzjon One ixxandar l-aħħar episodju għal din is-sena mis-sensiela Division 7. It-tmien u l-aħħar staġun se jkun qed ikompli mill-Erbgħa 20 ta’ Jannar u jdum għaddej għal 12-il ġimgħa meta tiġi fit-tmiemha din is-sensiela tant popolari.

DBA Entertainment rringrazzjaw lill-pubbliku li segwew din is-sensiela li baqgħet titwassal minkejja li din is-sena keinet waħda mimlija sfidi u intoppi.