Ara meta se jkompli Iż-Żagħka

Is-sensiela Iż-Żagħka se tkun qed tieqaf għal dawn il-jiem ta’ festi. Madanakollu l-istazzjon Net se jkun qiegħed jirrepeti l-aħħar żewġ puntati.

Jekk tlift xi haga minnhom, għandek iċ-ċans terġa’ tarahom u jekk rajthom tiffriska l-memorja, sa ma ħmistax oħra jerġgħu jibdew jixxandru puntati ġodda.

Filwaqt li t-tim ta’ Iż-Żagħka awguraw lis-sgwaċi kollha tas-sensiela il-festi t-tajba, ħadu l-opportunità biex iħabbru li l-puntati l-ġodda se jkunu qed jixxandru mit-Tnejn 6 ta’ Jannar.