L-aħħar episodju għal din is-sena mis-sensiela Fattigi xxandar fuq l-istazzjon Net nhar il-Ħamis li għadda.
L-episodji l-ġodda minn din is-sensiela b’kitba ta’ Bryan Muscat u produzzjoni ta’ Watermelon Media se tkompli tixxandar mill-Ħamis 7 ta’ Jannar fejn se naraw kif Lawrence ma jitgħallimx! Il-fissazzjoni tiegħu issa se ddur lejn Maryanne.
Imma x’qed jaħbi mill-familjari tiegħu?
Jieħdu sehem fost oħrajn Veronica Farrugia, Manuel Cutajar, Lenies Gauci u Sarah Camilleri.