Ara meta l-aħjar li taqta’ l-biljetti għas-safar

Il-mument opportun li fih għandek tixtri l-biljett għas-safra li qed tippjana jiddependi ħafna fuq il-pajjiż li bi ħsiebek iżżur.

Skont CheapAir, l-aħjar żmien li taħseb għal titjiriet fl-Ewropa huwa ġeneralment madwar 160 ġurnata qabel. Jekk se ssiefer lejn l-Asja għandek taqta’ t-titjira tiegħek madwar 120 ġurnata qabel. Jekk għall-Afrika u l-Lvant Nofsani madwar 199 ġurnata qabel. Filwaqt li jekk bi ħsiebek iżżur xi żona fl-Amerka għandek taħseb bejn 66 u 110 jum qabel.

Skont Hopper, l-aħjar ġranet tal-ġimgħa biex taqta’ t-titjiriet tiegħek huma t-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis.