Ara meta għandek il-laqgħa jekk intgħażilt mill-Kummissjoni Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali tixtieq tavża li kull min ġie maħtur bħala Assistent Kummissjonarju Elettorali, Riserva u Polling Place Officers għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali sabiex jattendi għal-laqgħa ta’ informazzjoni skont id-data u l-ħin speċifikat għalihom.

F’avviż ippubblikat il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali ħeġġet lil dawk kollha magħżula sabiex jaqraw sew il-fuljett li nbagħatilhom id-dar u dakinhar tal-votazzjoni jkunu jistgħu jsaqsu xi mistoqsijiet li jista’ jkollhom.