Ara ma’ min se tmur l-iskola l-Prinċipessa Charlotte

Il-Prinċipessa Charlotte se tibda tattendi l-istess skola ta’ ħuha l-Prinċep George. Skola fejn għal kull perjodu skolastiku, il-familja tħallas £6,000. Id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge żvelaw li qed jippjanaw li jibagħtu l-binthom ta’ erba’ snin fl-iskola li ġġib l-isem ta’ Thomas’s Battersea fix-Xlokk ta’ Londra.

George, li għandu sitt snin ilu fl-istess skola għal sentejn filwaqt li oħtu – li tagħlaq erba’ snin fit-2 ta’ Mejju – mistennija tibda’ tattendi minn Settembru li ġej.

Simon O’Malley, il-kap tal-iskola qal li huma kuntenti li d-Duka u d-Dukess għażlu li jibgħatu lill-Prinċipessa Charlotte fl-istess skola ma ħuha. Il-kap tal-iskola qal li huma ferm eċitati biex jiltaqgħu kemm mall-prinċipessa kif ukoll mal-bqija tal-istudenti li se jidħlu mis-sena skolastika l-ġdida.