Ara liema toroq se jkunu magħluqin f’Ta’ Kerċem

Read in English.

Skont avviżi legali maħruġin mill-Pulizija, xi toroq f’Ta’ Kerċem se jkunu magħluqin din il-ġimgħa.

Jekk jiġu pparkjati karozzi f’dawn it-toroq se jiġu rmunkati.

Is-Sibt li ġej bejn is-6pm u l-10pm, mhumiex permessi li jgħaddu karozzi minn Triq San Pietru u San Pawl, Triq Sarg, Pjazza Orvieto, Triq Ġużeppi Briffa u Pjazza San Girgor.

Il-Ħadd bejn it-3.30pm u s-7pm ma jistgħux jgħaddu karozzi minn Triq San Girgor, Triq l-Avukat Anton Calleja, Triq il-Kalandrijiet, Triq Sarg, Pjazza Orvieto, Triq Ġużeppi Briffa u Pjazza San Girgor.