Ara liema toroq se jkunu magħluqin fil-jiem li ġejjin

Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk se jkun magħluq għat-traffiku nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru mid-9 ta’ filgħodu.

Xi toroq fil-Gudja wkoll se jkunu magħluqin għat-traffiku fil-jiem li ġejjin. Għada l-Ħamis 24 ta’ Ottubru Triq il-Kbira u Triq Raymond Caruana mhux se jkunu aċċessibbli bil-karozza. Bejn għada u s-7 ta’ filgħodu tat-Tnejn 28 ta’ Ottubru se jingħalqu wkoll Triq William Baker u Triq Bir Miftuħ.

Il-Pulizija tavża li l-karozzi li jinstabu ppparkjati f’dawn it-toroq f’dawn il-granet jiġu rmunkati.