Ara liema toroq se jingħalqu

Il-­pulizija ħarġet avviż dwar toroq li se jkunu magħluqin bejn għada l-­Erbgħa 8 ta’ Mejju u l­-Ġimgħa 10 ta’ Mejju. Il-­pulizija qed tavża li ħadd ma jista’ jipparkja f’dawn it-­toroq għax jiġi rmonkat.

L­-Erbgħa 8 ta’ Mejju bejn l-­12pm u l-­4pm, Triq iż­Żurrieq sal-­pjazza ta’ Ħal Safi se tkun magħluqa.

Fiż-­Żurrieq, Triq Pietru Pawl Saydon se tkun magħluqa bejn il-­Ħamis 9 ta’ Mejju fis-­6am u l-­Ġimgħa 10 ta’ Mejju sa 12am.

Il-­Ħamis 9 ta’ Mejju, Triq Raymond Caruana fil­-Gudja se tkun magħluqa bejn is-­6pm u l-11.30pm.