Ara liema toroq se jingħalqu l-Ħadd li ġej

Il-Ħadd li ġej diversi toroq se jkunu magħluqa mis-7.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar.

Dawn huma:

Il-Qrendi – Triq il-Qrendi u Triq l-Imqabba

L-Imqabba – Madonna tal-Ġilju, Triq is-Sejba, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq l-Imterrqa, Misraħ il-Fidwa, Triq 9 t’April 1942, Triq San Mikiel, Triq San Bażilju, Triq il-Lanġasa u Triq il-Parroċċa

Iż-Żurrieq – Triq Wied iż-Żurrieq, Triq Valletta u Triq Ħal Kirkop 

Skont avviż maħruġ mill-Kummissarju għall-Pulizija, vetturi li jkunu pparkjati f’dawn it-toroq jistgħu jiġu rmunkati.