Ara liema toroq se jingħalqu f’San Ġiljan

Il-Ħadd 28 t’April se jkun hemm xi toroq magħluqin minħabba attività għall-familja kollha li se issir mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.

Mis-6.30am, Triq San Ġorġ minn fejn hemm il-monument tal-LOVE sal-Knisja tal-Kunċizzjoni se tkun magħluqa għat-traffiku. F’din it-triq ma jistax isir parkeġġ ukoll.

Il-Kunsill Lokali ħabbar li minħabba din l-attività t-trasport pubbliku se jkun qed jgħaddu min toroq alternattivi. Karozzi li se jkunu ġejjin min-naħa ta’ Tas-Sliema għal San Ġiljan se jkunu qed jgħaddu minn Triq Ġorġ Borg Olivier, għal triq Michelang Borg u joħorġu għal Triq Mikiel Anton Vassalli.

Il-karozzi li ġejjin minn Pembroke lejn Paceville se jidħlu Paceville minn Triq Elija Zammit u jduru ma’ Triq Margaret Mangion u jerġgħu joħorġu lura minn Triq Sant Andrija direzzjoni lejn Triq Mikiel Anton Vassalli.

Din l-attività se tibda fill-11.00am u tintemm għall-ħabta tal-10pm. Matul din l-attività se jkun hemm reenectment storiku, spettaklu ta’ żfin, kant u mużika bil-parteċipazzjoni ta’ Klinsmann u l-banda tiegħu kif ukoll gruppi barranin u atturi Maltin.