Ara liema toroq se jingħalqu

Read in English.

Il-Pulizija ħabbret lista ta’ toroq magħluqin fil-ġimgħatejn li ġejjin b’kawża ta’ avvenimenti u festi f’diversi rħula. Dawn l-irħula jinkludu Marsaskala, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq u Birżebbuġa. Din hija l-lista ta’ toroq fejn karozzi ma jistgħux jgħaddu jew jipparkjaw.

Marsaskala

Il-Ġimgħa 23 t’Awwissu, it-triq tal-Bajja ta’ San Tumas, għall-ġurnata kollha (5am ‘il quddiem).

Ħaż-Żabbar

Is-Sibt 31 t’Awwissu, Misraħ is-Sliem, minn 4pm ‘il quddiem.

Il-Ħadd 1 ta’ Settembru, Sanctuary Street, minn 6am ‘il quddiem.

Iż-Żurrieq

Il-Ġimgħa 23 t’Awwissu, Service road fi Vjal ix-Xarolla Żurrieq, magħluqa bejn 3pm u 11pm.

It-Tnejn 26 t’Awwissu sas-Sibt 31 ta’ Awwissu, Triq P.P. Saydon, Iż-Żurrieq, magħluqa bejn 5am u 9am.

Birżebbuġa

Il-Ġimgħa 23 t’Awwissu mit-8pm, sal-Ħadd 25 t’Awwissu sas-2am, Misraħ is-Summit u Triq San Patrizju Birżebbuġa.

Is-Sibt 24 t’Awwissu mit-3pm, sal- Ħadd 25 t’Awwissu sas-2am, il-Bajja s-Sabiħa u Dawret il-Qalb Imqaddsa.