Ara liema toroq mill-Marsa Junction se jingħalqu għada

Infrastructure Malta għaddejja fl-aħħar tħejjijiet biex il-Ħamis jinfetħu l-korsiji u s-sistemi ta’ traffic lights temporanji biex tkun tista’ tibda t-tielet fażi tal-Marsa Junction Project.

Wieħed għandu jagħmel użu minn toroq alternattivi jekk għada se jgħaddi minn Triq Aldo Moro matul illejl. Il-Ħamis mistenni li jinfetħu korsiji temporanji u jinxtegħlu t-traffic lights il-ġodda fil-Marsa junction.

L-erbgħa billejl se jitwaħħlu tabelli mal-ġnub tat-toroq biex jindikaw minn fejn wieħed irid jgħaddi. Se jkun hemm ukoll uffiċjali minn Infrastructure Malta, minn Transport Malta kif ukoll pulizija.

Waqt li dawn ix-xogħlijiet l-Erbgħa billejl, id-direzzjoni lejn in-naħa t’isfel tal-Malta (mill-Belt Valletta u l-Marsa-Ħamrun Bypass) wara li tgħaddi Triq Aldo Moro wieħed irid jikser lejn Vjal Sir Paul Boffa, biex imur lejn Kordin jew Raħal Ġdid. Mill-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq Aldo Moro mhux se jkun hemm aċċess dirett lejn Ħal Luqa, il-Gudja, l-Ajruport u lokalitajiet oħrajn fl-istess direzzjoni. Għelhekk tajjeb li jekk wieħed ikun sejjer lejn dawn id-destinazzjonijiet, inkluż l-Ajruport, ħaqbillu jgħaddi minn toroq bħal Ħal Qormi u Ħal Luqa, jew miċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid lejn ir-roundabout ta’ Santa Luċija. Se jkun hemm ukoll rotta alternattiva oħra billi wieħed jgħaddi mill-karreġġjata tat-tramuntana fi Vjal Sir Paul Boffa u jdur lejn Vjal Santa Luċija.

Min-naħa l-oħra, mhux se jkun hemm aċċess minn Raħal Ġdid lejn il-Belt Valletta. Minflok, wieħed irid jgħaddi mill-karreġġjata tan-nofsinhar fi Vjal Santa Luċija, lejn ir-roundabout ta’ Santa Luċija u jdur lejn Ħal Luqa u Ħal Qormi. Il-karreġġjata tat-tramuntana fi Vjal Santa Luċija u Triq Aldo Moro se tkun magħluqa wkoll. Minflok, dawn it-toroq se jkun hemm jgħaqqduhom iż-żewġ korsiji temporanji li qegħdin jitħejjew l-isfel miċ-Ċimiterju tal-Addolorata, u Triq il-Gvern Lokali. Bħala rotta alternattiva oħra min-naħa t’isfel lejn iċ-ċentru tal-Malta għat-Tramuntana, l-Erbgħa billejl se tkun miftuħa t-triq ta’ ħdejn Baċir Numru 7 (li tgħaqqad ir-roundabout ta’ Kordin mal-Marsa u l-Belt Valletta).