Ara liema toroq fiż-Żejtun se jkunu magħluqin għall-karozzi

Il-pjazza taż-Żejtun u xi toroq fil-madwar se jkunu magħluqin għall-karozzi llejla għal sagħtejn u nofs.

F’avviż maħruġ mill-Pulizija, din tavża li llum is-6 ta’ Ġunju, bejn is-6.30pm u d-9pm mhumiex permessi li jgħaddu karozzi minn Misraħ Repubblika, Triq San Girgor, Triq Santu Wistin, Triq id-Duluri, Triq il-Palazzi, Triq l-Isqof EM. Galea.

Karozzi li jinstabu pparkjati fit-toroq imsemmijin jistgħu jiġu rmunkati.