Ara liema rotot tal-karozza tal-linja ġew estiżi għall-bajjiet fis-sajf

Miguela Xuereb

Il-Malta Public Transport se tibda topera l-iskeda tas-sajf minn nhar il-Ħadd li ġej.

Fi stqarrija qalet li b’kollox se jkun hemm 436 vjaġġ ġdid mifrux fuq ir-rotot kollha matul il-ġimgħa.

Intant, għadd ta’ rotot se jiġu estiżi biex jaslu sa bajjiet popolari għall-kumplament tal-istaġun.

  • Rotta 49 għall-Għadira se tibda tieqaf l-Armier
  • Rotta 74 għaż-Żurrieq se tibda tieqaf ħdejn il-Ħnejja (Blue Grotto)
  • Rotta 101 għaċ-Ċirkewwa se tibda tieqaf il-Ġnejna
  • Rotta 109 għall-Baħrija se tibda tieqaf Lapsi

F’Għawdex, il-frekwenza ta’ rotta 301 mir-Rabat għall-Imġarr se tiżdied biex taqbel mal-ħinijiet tal-vapur.

Apparti dan, se jkun hemm żieda fin-numru ta’ passiġġiera li jistgħu jirkbu l-karozzi tal-linja wara żieda fid-domanda. Issa l-passiġġiera qegħdin jitħallew ukoll joqogħdu bilwieqfa, wara li dan ma kienx permess għal dawn l-aħħar xhur minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Monique Agius

L-iskeda l-ġdida hija disponibbli online. Matul il-ġranet li ġejjin, Malta Public Transport se taġġorna l-informazzjoni fuq kull waqfa madwar Malta u Għawdex.