Ara liema huma l-films għal waqt il-Jum taċ-Ċinema għat-Tfal

Is-Sibt 14 ta’ Settembru huwa l-jum dedikat għaċ-ċinema għat-tfal u matul dan il-jum se jkunu qed jintwerew disa’ films animati, żewġ avventuri għall-familja, kummiedja drammatika u żewġ films mimlija azzjoni w avventura.

Il-films f’Malta se jkunu qed jintwerew bejn id-09.30am sas-6pm, filwaqt li f’Għawdex il-films jintwerew bejn l-4pm u s-6pm. Il-films jintwerew fl-Eden Cinema (San Ġiljan), Empire Cinema (Buġibba), Ġallerija (Fgura) u Citadel / Oratorju Don Bosco (Għawdex).

Il-prezzijiet għad-dħul għal dawn il-films, kemm għat-tfal, kif ukoll għall-adulti, se jkunu ridotti għal dan il-jum, u huwa rikmandat li jsir il-booking minn qabel.

Dawn huma l-films li se jkunu qed jintwerew:

DORA AND THE LOST CITY OF GOLD

Avventura / Familja ( PG )

Addattament ċinematografiku tas-serje Dora The Explorer tal-istazzjon Nickolodeon, fejn din id-darba naraw lill-protagonista tiffaċċja l-akbar avventura perikoluża tagħha s’issa.

THE SECRET LIFE OF PETS 2

Animazzjoni / Avventura / Kummiedja ( U )

Avventura ġdida għall-kelb Max meta jmur fil-kampanja u jagħmel ħbieb ma’ annimali oħra.

CHARMING

Animazzjoni ( U )

Snow White, Cinderella u Sleeping Beauty isiru jafu li għandhom l-istess għarus: Prince Charming!

PLAYMOBIL: THE MOVIE

Animazzjoni / Avventura / Kummiedja ( U )

Mara tivvjaġġa lejn id-dinja animata ta’ Playmobil biex iġġib lura lil ħuha. Iżda biex tagħmel dan ikollha tgħaddi minn avventura sħiħa.

THE ART OF RACING IN THE RAIN

Kummiedja / Drama ( PG )

Denny Swift huwa sewwieq tal-karozzi tal-Formula 1. F’ħajtu għandu tlett imħabbiet: martu, bintu kif ukoll il-kelb li jkun jixtieq li jerġa’ jitwieled bħala uman.

ANGRY BIRDS MOVIE 2

Animazzjoni / Avventura / Kummiedja ( U )

Red, Chuck, Bomb u l-kumplament ta’ sħabhom jibqgħu sorpriżi meta ħanżir li jkollu kulur aħdar jissuġerixxi li għandhom iwarrbu d-differenzi ta’ bejniethom biex jingħaqdu ħalli jiġġieldu għedewwa komuni: għasafar aggressivi li jgħixu fuq gżira miksija bis-silġ.

 

THE LION KING

Animazzjoni / Avventura / Drama ( PG )

Verżjoni moderna tal-film tal-1994 dwar Simba u l-perikli li jiffaċċja meta Scar, ħu missieru, xejn ma jkun kuntent bit-twelid tiegħu minħabba li dan issa se jkun qed jiret it-tron ta’ missieru, Re Mustafa.

THE QUEEN’S CORGI

Animazzjoni ( U )

Meta Rex, il-kelb favorit tar-Reġina jintilef, dan ikollu jagħmel ħbieb ġodda sabiex jirnexxielu jsib triqtu lura.

SPIDER-MAN:  FAR FROM HOME

Animazzjoni / Avventura / Kummiedja ( 12A )

Wara l-avvenimenti li seħħew fil-film Avengers: Endgame, Spider-Man issa jkollu jaffronta sitwazzjonijiet ġodda li biddlu d-dinja!

TOY STORY 4

Animazzjoni / Avventura / Kummiedja ( U )

Woody, Buzz Lightyear u l-kumplament jibdew vjaġġ ma’ Bonnie u ġugarell ġdid bl-isem ta’ Forky. Dan il-vjaġġ ilaqqa’ lil Woody mal-ħabiba antika tiegħu Bo Peep.

ALADDIN

Avventura / Familja / Fantasija ( U )

L-avventuri ta’ Aladdin wara li jsib il-lampa maġika u jagħmel ħbieb mal-Ġenju li hemm jgħix fiha.

FAST & FURIOUS:  HOBBS & SHAW

Azzjoni / Avventura ( 12A )

Hobbs u Shaw ikollhom jingħaqdu bejniethom biex jiġġieldu persuna li tkun tista’ teqred id-dinja.

UGLYDOLLS

Animazzjoni / Avventura / Kummiedja ( U )

Moxy u sħabha jiskopru l-villaġġ ta’ Perfection, fejn il-pupi jingħataw taħriġ qabel jidħlu fid-dinja tagħna biex ikollhom l-imħabba ta’ xi tifel jew tifla.

PAW PATROL:  MIGHTY PUPS

Animazzjoni / Azzjoni / Avventura ( U )

Il-Mighty Pups fuq missjoni biex isalvaw id-dinja.