Ara liema atleti qalgħu l-aktar flus f’dan id-diċenju

Floyd Mayweather awgura lil Cristiano Ronaldo u lil Lionel Messi wara li kien żvelat li huma fost l-aktar tliet atleti li qalgħu flus f’dan id-diċenju.

Il-magażin Amerikan Forbes għamel lista tal-aktar għaxar atleti li għamlu flus mill-2010. Mayweather jidher li għamilha fil-quċċata, b’Ronaldo u Messi jaqgħu propju warajh.

L-ikona tal-boxin li għandu 42 sena għamel madwar £706 miljun mill-karriera tal-boxing d’dawn l-aħħar għaxar snin. Fl-istess ħin, Mayweather kien fost l-atleti li l-inqas kienu attivi dawn l-aħħar għaxar snin. Hu iġġieled biss f’għaxar logħbiet – bl-aħħar waħda tkun aktar minn sentejn ilu.

L-Amerikan irtira f’Awwissu tal-2017 wara li ġġieled kontra l-istilla tal-MMA Conor McGregor. Minn dik il-logħba biss, hu stmat li Mayweather rebaħ mat-$300 miljun.