Ara liem lokalitajiet mhux se jkollhom ilma nhar l-Erbgħa

Bejn l-Erbgħa 29 ta’ Lulju u l-Ħamis 30 ta’ Lulju se jkun qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni fil-provvista tal-ilma lejn Ħaż-Żebbuġ, Ħ’ Attard, Ta’ Farżina, Triq Durumblat, iż-Żona magħrufa bħala taż-Żokkrija u Triq l-Imġarr. Għalhekk il-provvista tal-ilma se tkun sospiża bejn id-9pm tal-Erbgħa li ġej u s-6am tal-Ħamis.

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma skużat ruħha għal kull inkonvenjent li jista’ jinqala u appellat biex isegwu l-paġna ta’ Facebook għal kull aġġornament.