Ara l-mewġ qawwi x’tella’ f’Baħar iċ-Ċagħaq

Il-mewġ qawwi li ħakem il-kosta tal-gżejjer Maltin kawża ta’ riħ u maltemp qawwi fl-aħħar jiem tella’ ammont massiv ta’ alka u skart tal-plastikk u ħadid fil-bajja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Dan jidher biċ-ċar mir-ritratti mtella’ minn St John Rescue Corps fuq Facebook hekk kif illum qed jaħdmu fuq din il-bajja u l-qiegħ tal-baħar tal-madwar sabiex inaddfujha kompletament. L-avveniment qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Get Trashed Malta u Aġenzija Żgħażagħ.