Ara l-libsa ta’ Nicole fil-finali tal-Miss World

Fost id-diversi unuri li l-kontestanti jipparteċipaw għalihom hemm il-Miss World Fashion Designer fejn kulħadħ jipparteċipa bl-isbaħ libsa li tkun ġiet maħluqa minn xi disinjatur lokali tal-istess pajjiż li t-tfajliet ikunu qed jirrappreżentaw.

F’dawn l-aħħar snin rajna l-livell tal-ilbies tal-kontestanti dejjem jitjieb u ma jistax jonqos li anki l-kontestanta Maltija jkollha libsa mill-aqwa.

Il-fażi għal dan l-unur normalment huwa ġġudikat ftit jiem qabel il-konkors finali fejn il-kontestanti kollha jkunu jridu jilbsu l-libsa waqt sfilata li tiġi organizzata. Hemmhekk jintagħażlu 20 finalista għal dan it-titlu fejn jerġgħu jarawhom kollha u jiġu ġġudikati biex tintagħżel l-aħjar u l-isbaħ waħda. Tajjeb li ngħidu li l-ġurija jevalwaw il-kwalità u kreattività ta’ kull libsa.

Ir-riżultat tal-Miss World Fashion Designer Award jitħabbar fl-istess finali tas-Sibt 14 ta’ Diċembru ftit qabel ma jitħabbar ir-riżultat finali tal-isbaħ mara tad-dinja.

Nicole Vella se jkollha wkoll libsa mill-isbaħ għal din il-fażi tal-kompetizzjoni. Din hija maħluqa minn Charles & Ron li ħolqu libsa apposta għaliha.

Barraminhekk hemm ukoll votazzjoni onlajn fejn kull wieħed u waħda minna jista’ jivvota lil Nicole. Idħlu fis-sit www.missworld.com. Importanti li tirreġistraw biex tingħataw aċċess u wara marru taħt is-sezzjoni tal-votazzjoni.

Il-parteċipanti kollha fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Miss World 2019

Is-serata finali se tittella’ s-Sibt 14 ta’ Diċembru ġewwa Londra.