ARA l-filmati ta’ kif se jiġi l-port ta’ Marsalforn

Il-Ministeru għal Għawdex ippubblika filmat qasir ta’ kif se jiġi żviluppat il-port ta’ Marsalforn wara li jinbena l-breakwater.

Minkejja li s-Sibt f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ma qalitx meta se jitlesta l-proġett, il-Ministru qalet li l-masterplan għal Marsalforn qed jiġi mwettaq fuq żewġ fażijiet: dik tat-tisbieħ tal-promenade u dik tal-bini tal-breakwater

Fadal żewġ studji qabel il-permess għal breakwater

It-tender għat-tisbieħ tal-promenade jagħlaq fit-12 ta’ Frar li ġej filwaqt li t-tenders għall-istudji tal-breakwater jagħlqu wieħed fit-8 ta’ Frar u ieħor fid-19 ta’ Frar li ġej.

Il-mappa kif tidher fid-dokument tat-tender:

Se jiżdied ir-ramel

Il-pjani tal-Ministeru għal Għawdex jinkludu ż-żieda tar-ramel biex il-bajja ta’ Marsalforn tiġi estiża tul il-port kollu. Fil-fatt, il-filmati ppubblikati mill-Ministeru juru li r-ramel ġie estiż bl-unika parti li ma hemmx ramel tkun il-bokka tal-wied li skont il-pjanti se tiġi mdawwra b’ħitan tal-ġebel biex ir-ramel fuq iż-żewġ naħħat jibqa’ f’postu.

Kelliem għall-Ministeru kkonferma li la darba l-breakwater ikun inbena, jitpoġġa aktar ramel tul il-bajja kollha.

Affaċċjata bl-isfidi tal-operaturi turistiċi f’Marsalforn minħabba l-maltemp, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li bħal meta hi kienet fl-Oppożizzjoni hija għadha tirċievi dawn l-ilmenti.

Filmat: “Nagħmlu 4 sigħat innaddfu l-ħama f’Marsalforn”

Dan il-filmat juri l-port ta’ Marsalforn f’waħda mill-ġranet fejn ir-riħ ikun dirett lejh:

Footage: Christabelle Azzopardi