Ara l-filmat li seraq il-qlub madwar id-dinja

Read in English.

Filmat li qanqal ħafna interess u qed idur is-siti soċjali huwa dak meħud f’Jalisco, fil-Messiku meta kmieni din il-ġimgħa għalliema fi skola ġibdet il-filmat ta’ kif tifel bid-Down’s Syndrome kien ta’ wens għal ħabib tiegħu bl-awtiżmu, li qiegħed fil-klassi miegħu.

Fil-filmat tistgħu taraw kif it-tifel bl-awtiżmu jidher li qed jagħti wens lit-tifel l-ieħor li għal xi raġuni jinsab imdejjaq u kien qiegħed jibki. Għalhekk mar fuqu u wara li jgħannqu miegħu, jipprova jikkonvincih biex jgħannqu lura. L-istess tifel jidher li qed jipprova jferraħ lil sieħbu.

Sa tmiem il-filmat, it-tifel bl-awtiżmu jidher li għadu dmejjaq, imma aktar kalm.

Filmat li jmiss il-qlub u li juri xi ssarraf ħbiberija ġenwina.