Ara l-filmat li ċ-ċiklist li miet kien għamel dwar Malta

Zoran Pavlovic-Purca, iċ-ċiklist li nqatel f’inċident tat-traffiku nhar il-Ġimgħa kien iħobb il-gżejjer Maltin tant li kien għamel filmat b’xi ritratti mill-avventuri tiegħu f’Malta u Għawdex.
Fil-filmat wieħed jista’ jara bosta ritratti, b’ħafna minnhom meħudin Għawdex minħabba li hu kien residenti r-Rabat, Għawdex.
L-inċident seħħ kmieni l-Ġimgħa filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida, meta għal xi raġuni is-Serb ta’ 53 sena ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel Libjn ta’ 35 sena.