Ara l-2018 kif ħasdet dawn il-ħajjiet

Fl-2018 seħħew numru ta’ inċidenti fatali f’Malta.

Newsbook.com.mt ġabar lista li tinkludi għadd ta’ inċidenti li ġraw fil-gżejjer Maltin tul l-aħħar sena li dwarhom kien hemm rapporti fil-midja.

Frar

Sewwieq tilef ħajtu wara li waqgħet siġra fuq il-karozza li kien fiha

Raġel ta’ 69 sena miet wara li waqa’ minn għoli fl-irdum ta’ Wied il-Mielaħ, fil-limiti tal-Għarb

Marzu

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu fuq il-post fi Triq il-Kosta

Raġel ta’ 36 sena mill-Fgura tilef ħajtu wara inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta

Tmut mara ta’ 28 sena wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-bajja tax-Xwejni f’Marsalforn

Żagħżugħa ta’ 22 sena mietet fl-Imġarr wara li kienet involuta f’inċident fl-Imġarr

Żewġ persuni nstabu mejta wara li aktarx ħareġ xi gass fi Mġarr ix-Xini

April

Imut raġel ta’ 95 sena mir-Rabat li kien passiġġier f’karozza li daħlet siġra f’Ħ’Attard

Żagħżugħ ta’ 19-il sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

Żewġ persuni mietu f’inċident b’double-decker iż-Żurrieq

Mejju

Raġel ta’ 35 sena miet fuq il-post wara li baqa’ dieħel f’siġra bil-karozza li kien qed isuq fil-Marsa

Bugħaddas miet wara li sab ruħu f’diffikultà fiċ-Ċirkewwa

Ġunju

Raġel imut f’inċident bil-mutur fl-Imsida

Ċiklist ta’ 53 sena miet wara li ttajjar fl-Imsida

Mara tilfet ħajjitha wara li ttajjret minn karozza fix-Xewkija

Lulju

Jitlef ħajtu Olandiż ta’ 25 sena li kien fost tmien persuni li ttajru minn karozza f’San Ġiljan

Raġel tilef ħajtu wara li sab lilu nnifsu f’diffikultà hu u jgħum f’bajja f’Kemmuna.

CMRU

Awwissu

Żagħżugħ ta’ 19-il sena jmut f’inċident b’jet ski f’San Ġiljan

Raġel li kien tiela’ mill-għawma f’Għar Lapsi, ħassu ma jiflaħx u miet fuq il-post

Imut sewwieq tal-mutur wara ħamest ijiem jissielet għal ħajtu wara ħabta fl-Imsida

Mara tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Għadira

Ottubru

Raġel li kien qed jgħum f’Marsalforn imut

Raġel tilef ħajtu wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Żagħżugħa ta’ 23 sena mietet meta ħabtet ma’ arblu f’Burmarrad

Novembru

Raġel ta’ 26 sena miet meta waqa’ seba’ sulari f’sit tal-kosturzzjoni f’Tas-Sliema

Diċembru

Żagħżugħ ta’ 21 sena li kien qed isuq mutur miet wara li ħabat ma’ trakk f’Ħal Luqa

Raġel miet wara li waqa’ mill-gallarija tar-residenza tiegħu fin-Naxxar

Fl-2017, kien hemm 19-il persuna li mietu f’inċidenti tat-traffiku, 4 inqas mis-sena ta’ qabel. L-aktar perjodu fil-ġurnata li fih isiru inċidenti tat-traffiku huwa bejn nofsinhar u t-2.59 pm.

Bejn Jannar u Ġunju tal-2018, f’Malta l-aktar inċidenti saru f’Birkirkara (579). L-inqas fix-Xgħajra (13). F’Għawdex l-aktar inċidenti saru fil-kapitali r-Rabat (122) u l-inqas fil-Kerċem (2). L-aktar inċidenti kienu jinvolvi karozzi tal-passiġġieri (58.5%), imbagħad muturi (22.8%), u mbagħad vetturi tal-merkanzija (8.3%).

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li karozzi mingħajr sewwieqa se jwasslu biex ikun hawn toroq iktar siguri. Sostna li issa wasal iż-żmien li jiġu diskussi l-kwistjonijiet etiċi marbuta mal-użu tal-intelliġenza artifiċjali fit-toroq Maltin.