Ara kontx taf dawn il-fatti dwar l-għoti tad-demm

Ta’ kull sena f’Malta jersqu mal-20,000 persuna biex tagħti b’donazzjoni d-demm. Iżda b’kollox hemm reġistrati madwar 60,000 persuna li matul l-aħħar 20 sena rreġistraw mas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm biex jagħtu d-demm.

Il-qaddis protettur tal-banek tad-demm u d-donaturi tad-demm hu San Ġennaru. Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata nhar id-19 ta’ Settembru.

Apparti minn dawn il-kurżitajiet, wieħed hu importanti li jkun jaf li:

  • iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00 am sas-6:00 pm (l-aħħar dħul fis-6:00pm).
  • Il-mobile blood donation unit għada se tkun fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja parrokkjali tal-Qawra. L-għoti tad-demm jista’ jsir mit-8:30am sas-1:00.
  • Il-mobile blood donation unit nhar il-Ħadd 23 ta’ Settembru se tkun fil-pjazza ta’ quddiem l-knisja parrokkjali tal-Mellieħa. Dakinhar l-għoti tad-demm jista’ jsir mit-8:30am sas-1:00pm.
  • Il-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex nhar it-Tlieta 25 ta’ Settembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.