Ara kif trid tgħaddi mill-Marsa għalissa

Fil-jiem li ġejjin se jkun hemm tibdiliet fil-Marsa Junction sakemm ikompli jsir ix-xogħol infrastrutturali.

Fi stqarrija Infrastructure Malta qalet li mill-ġimgħa d-dieħla se tagħmel tibdiliet kbar fis-sistema tat-traffic lights bi tħejjija għall-bini tal-ewwel żewġ flyovers minn sebgħa. Uħud mill-korsiji se jingħalqu u se jinfetħu oħrajn temporanji. Se jkun hemm tabelli mal-ġnub tat-toroq  u se jinkitbu l-ismijiet tad-destinazzjonijiet fuq wiċċ it-triq bħala għajnuna għas-sewwieqa.

🚦TAKE NOTE AND SHARE: Next week (10-16 Dec), we are introducing temporary lanes and traffic lights to switch off and…

Posted by Infrastructure Malta on Saturday, December 8, 2018

Għal aktar tagħrif tista’ tidħol hawn.