Ara kif tista’ twassal il-ħsieb tiegħek dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

PS Silvio Schembri launches Malta's vision for Artificial Intelligence in the presence of Sophia the AI Robot and Chief Scientist Dr Ben Goerzel- Intercontinental Hotel, St Julian's-1-11-18

Ġiet imnedija kosultazzjoni pubblika dwar id-dokument li ġie ppubblikat marbut mal-qafas etiku tal-Intelliġenza Artifiċjali. Din tnediet mill-Malta AI Taskforce li ġiet imqabbda mill-Gvern Malti. L-iskop tal-qafas hu li jkunu stabbiliti linji gwida u ta’ fiduċja fil-governanza tal-Intelliġenza Artifiċjali.

Skont stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ekonomija, il-qafas għal Malta b’rabta mal-etika fl-Intelliġenza Artifiċjali tfassal fuq erba’ għanijiet; li l-bniedem jitpoġġa fiċ-ċentru, li jkun hemm rispett lejn ir-regolamenti u l-liġijiet applikabbli, jimmassimizza l-benefiċċji ta’ sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali u li jimxu mal-istandards internazzjonali u normi marbuta mal-etika dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni Silvio Schembri inkoraġixxa lill-pubbliku biex iressaq ir-rispons u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Dan jista’ jintbagħat sal-Ġimgħa 6 ta’ Settembru permezz ta’ email.