Ara kif tista’ tmur id-dar wara l-Isle of MTV illejla

Illum se ssir it-13-il edizzjoni tal-Isle of MTV f’Malta, kunċert li jlaqqa’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin, u anke barranin, fil-Fosos tal-Furjana. Il-Malta Public Transport se tipprovdi rotot speċjali mill-Belt Valletta wara l-kunċert.

Is-servizz speċjali ikopri ż-żoni kollha madwar Malta permezz tar-rotot imsemmija hawn taħt:

Rotta S10 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A2 fil-23:00, 23:45, u 00:30 lejn il-Kalkara u tgħaddi mill-Furjana, minn Blata l-Bajda, mill-Marsa, minn Raħal Ġdid, minn Għajn Dwieli, mill-Isla, minn Bormla, mill-Birgu, u mix-Xgħajra.

Rotta S20 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A3 kull 30 minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn l-Imsida u tgħaddi mill-Furjana, minn Tal-Pietà, mill-Gżira, mill-Imrabat, minn San Ġwann, minn Taż-Żwejt, mill-Kappara, u minn Tal-Qroqq.

Rotta S30 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A4 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 01:00 lejn Buġibba u tgħaddi mill-Furjana, minn Tal-Pietà, mill-Imsida, minn Tal-Qroqq, mill-bypass ta’ Birkirkara, minn Ħal Lija, mill-Iklin, mill-Għargħur, min-Naxxar, mill-Mosta, mit-Tarġa Gap, u minn Burmarrad.

Rotta S40 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A6 fil-23:30, 23:45, u 00:30 lejn Għajn Tuffieħa u tgħaddi mill-Furjana, minn Tal-Pietà, mill-Imsida, minn Tal-Qroqq, mill-Wied ta’ Birkirkara, minn Ħal Lija, mill-Mosta, mit-Tarġa Gap, mill-Imġarr, u mill-Manikata.

Rotta S41 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A5 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn iċ-Ċirkewwa u tgħaddi mill-Furjana, minn Tal-Pietà, mill-Imsida, minn Tal-Qroqq, mill-bypass ta’ Birkirkara, minn Ħal Lija, mill-Mosta, mit-Tarġa Gap, minn Burmarrad, minn San Pawl il-Baħar, mix-Xemxija, mill-Mellieħa, u mill-Għadira.

Rotta S50 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A7 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn Rabat u tgħaddi mill-Furjana, mill-Ħamrun, minn Santa Venera, mill-Imrieħel, minn Ħ’ Attard, minn Ta’ Qali, mis-Saqqajja, mir-Rabat Interchange, mill-Imtarfa, mir-Rabat Vjal il-Ħaddiem, u minn Ħad-Dingli.

Rotta S60 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A8 20 minuta bejn 23:00 u 00:00 bl-aħħar vjaġġ fin-00:30 lejn is-Siġġiewi u tgħaddi mill-Furjana, mill-Ħamrun, mill-Marsa Park & Ride, minn Ħal Qormi San Sebastjan, minn Ħal Qormi San Edwardu, minn Ħal Qormi Poliklinika, minn Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.

Rotta S70 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A9 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:00 bl-aħħar vjaġġ fin-00:30 lejn l-Imqabba u tgħaddi mill-Furjana, minn Blata l-Bajda, mill-Marsa, minn San Vinċenz de Paul, minn Ħal Luqa, minn Ħal Kirop, minn Ħal Safi, miż-Żurrieq Xarolla, miż-Żurrieq Blue Grotto, miż-Żurrieq Ċentru, u mill-Qrendi.

Rotta S80 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A10  kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:40 lejn il-Gudja u tgħaddi mill-Furjana, minn Blata l-Bajda, mill-Marsa Park & Ride, mill-Marsa Aldo Moro, minn Raħal Ġdid, minn Ħal Tarxien, minn Santa Luċija, minn Bulebel, miż-Żejtun, minn Bir id-Deheb, minn Marsaxlokk, minn Birżebbuġa, u minn Ħal Għaxaq.

Rotta S90 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A11 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:40 lejn Marsaskala u tgħaddi mill-Furjana, minn Blata l-Bajda, mill-Marsa, minn Raħal Ġdid, mill-Fgura, minn Ħaż-Zabbar, u minn Triq il-Qaliet f’Marsaskala.

Rotta N13 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfiet A12 u A13 skont id-domanda lejn Pembroke Park & Ride u tgħaddi mill-Furjana, minn Tal-Pietà, mill-Imsida, mill-Gżira, mix-Xatt ta’ Tas-Sliema, minn Triq it-Torri f’Tas-Sliema, minn Spinola, minn San Ġiljan, u minn Paceville.

U x’għandkom tagħmlu jekk sejrin l-Isle of MTV?

Ritratti: X’tista’ u ma tistax tagħmel jekk sejjer l-Isle of MTV

Fost l-istruzzjonijiet mogħtija mill-organizzaturi, dawk li se jattendu huma mħeġġa jagħmlu s-sunblock u jixorbu l-ilma minħabba s-sħana. F’email l-organizzaturi qed iħeġġu lil dawk li ġabu l-biljett b’xejn mis-sit tal-Isle of MTV biex jaslu fuq il-Fosos kmieni għax il-biljett ma jiggarantixxix id-dħul. Il-bibien jiftħu fit-3pm.