Ara kif tista’ tkun parti minn dan il-proġett

Screenshot from https://vimeo.com/315861061

Illejla se jkun qed jintwera dokumentarju qasir dwar il-ħidma ta’ għaqda mhux governattiva bl-isem RISE: Relationships Inspiring Social Change. Id-dokumentarju se jintwera fis-sala De Porres f’Tas-Sliema f’avveniment li jibda fis-6. Id-dokumentarju jittratta programm fil-Lesoto.

Waqt l-avveniment tal-lejla se jkun hemm preżentazzjoni dwar il-ħidma li qed issir mill-għaqda minn Daniela Gusman li hi l-fundatriċi u d-Direttur Eżekuttiv ta’ RISE. L-avveniment ġie deskritt bħala opportunità biex tiltaqa’ ma’ nies ġodda kif ukoll opportunità għal dawk interessati fid-disinn u l-arkitettura biex jgħinu lill-intrapiżi soċjali f’pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw.

Fit-trailer ta’ dokumentarju jiġi spjegat il-ħidma ta’ RISE hi li l-għan huwa li jipprovaw jindirizzaw l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-bżonn taż-żvilupp infrastrutrali. RISE ngħaqdu mal-orfanotrofju ta’ God’s Love Centre biex iwettqu l-programm tagħhom.

RISE hi għaqda non profit irreġistrata fl-Istati Uniti u tieħu ħsieb programm għal BOND Events. Wara 7 snin ta’ xogħol fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Afrika, Daniela Gusman ingħaqdet flimkien ma’ Oliver Needs ta’ BOND Events’ biex waqfu RISE.

Wieħed mill-għannijiet ta’ RISE huwa li jgħaqqad l-intraprendituri fl-Afrika ma’ professjonisti madwar id-dinja u jingħataw taħriġ li jgħin l-iżvilupp tan-negozji mingħajr ma jwassal li l-komunità tiddependi biss fuq l-għajnuna minn barra l-pajjiż.