Ara kif tista’ tkun aktar produttiv fl-istudju

Bħalissa huma bosta dawk li għandhom l-eżamijiet u li jfittxu jkunu produttivi fl-isduju tagħhom. Dawn li ġejjin huma xi ideat ta’ x’għandek tagħmel biex tkun produttiv tul il-ġurnata:

Għamel xi tip ta’ eżerċizzju l-ewwel xogħol filgħodu

L-eżerċizzju jgħin biex tibda tħaddem moħħok u tipprepara ruħek għal ġurnata xogħol.

Qum minn quddiem il-kompjuter tal-inqas darba f’siegħa

Huwa tajjeb li sserraħ għajnejk mid-dawl tal-kompjuter kif ukoll li tiffriska moħħok minn dak li tkun ilek taħdem fuqu.

Inqata’ mill-midja soċjali

Ħafna ħin jinħela fuq il-midja soċjali. Huwa tajjeb li wieħed jalloka ħin speċifiku fejn ikun jista’ juża l-midja u mhux iħalliha mixgħula u jużaha meta jfettillu.

Aħdem bil-quddiem u mhux tipprova tlaħħaq ma’ xogħol b’lura

Ippjana dak li għandek tagħmel sew. B’hekk ikollok pjan ċar ta’ xi trid tlesti u tkun tista’ tgħaġġel aktar f’dak li tkun qed tagħmel, aħjar milli taqa’ lura bix-xogħol.