Irringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa b’messaġġ fuq WhatsApp

Mater-Dei-Coronavirus

F’din il-pandemija tal-coronavirus, il-poplu Malti kollu qed jorqod u jqum jiċċekkja l-aħbarijiet biex isegwi l-aħħar żviluppi fuq dan il-virus u t-tixrid tiegħu f’Malta u madwar id-dinja. Filwaqt li l-maġġoranza tan-nies qegħdin jaħdmu mis-sigurtà ta’ darhom, il-ħaddiema tas-saħħa ma jistgħux jagħmlu dan, u jkollhom jaffaċċjaw il-perikli li ġġib magħha l-pandemija ta’ kuljum.

Għaldaqstant, il-paġna Covid19 fuq Facebook, li twaqqfet mill-Gvern sabiex taġġorna lill-Maltin fuq il-coronavirus, għamlet appell għal filmati u messaġġi ta’ ringrazzjament mill-Maltin għall-professjonisti tas-saħħa u ħaddiema tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati, li xorta jridu jibqgħu jaħdmu.

Min jixtieq jibagħtilhom messaġġ ta’ ringrazzjament jista’ jagħmel dan billi jibagħtu fuq WhatsApp fuq 79075414.

Healthcare professionals and disciplined corps workers wake up everyday in the early hours of the morning to assist…

Posted by Covid19 Malta on Tuesday, March 17, 2020

L-għaqda Repubblika wriet l-apprezzament tagħha lejn xogħol dawn il-ħaddiema billi waħħlet strixxun b’ringrazzjament.

🔴 B’turija t'apprezzament ghax-xoghol prezzjuz taghkom specjalment f'dawn iz-zminijiet li ghaddejjin minnhom bhalissa….

Posted by Repubblika on Tuesday, March 17, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn