Ara kif tista’ tiltaqa’ mal-Leġġenda ta’ Milan Alberico Evani

Il-klabb tas-sapporters ta’ Milan f’Għawdex ħabbru li se jkun qed jagħmel żjara f’Malta Alberico Evani biex iniedi l-ktieb tiegħu bl-isem Non Chiamatemi Bubu.

Evani se jkun Malta fil-11 ta’ Settembru u se jippreżenta l-ktieb fis-6:30pm ġewwa l-Grand Hotel f’Għajnsielem. Il-pubbliku jista’ jattendi għal din l-attività fejn se jkunu jistgħu jieħdu ritratt mal-plejer, jiksbu l-firma tiegħu kif ukoll isaqsu xi mistoqsijiet.

Il-bijografija uffiċjali tiegħu tikkwotah bħala plejer kbir għal AC Milan li kkontribwixxa għat-twelid tal-klabb fis-snin 80, u kien partikolarment apprezzat minn Arrigo Sacchi għad-dixxiplina tattika li kellu u għad-dinamiżmu. Ma’ Milan irnexxielu jirbaħ bosta tazzi.

Kullmin jixtieq jattendi jrid jibbukja postu. Il-biljett jiswa €55 u jinkludi wkoll BBQ. Wieħed jista’ jċempel fuq 79261015 jew jibgħat email.