Ara kif tista’ tiffranka l-ilma fil-kċina

L-użu effiċjenti tal-ilma huwa responsabbiltà komuni. Ara kif tista’ tikkontribwixxi b’dawn il-pariri utli li nistgħu nattwaw fil-kċina tagħna.

1. Tużax l-ilma tal-vit dirett meta ddewweb l-ikel iffriżat. Biex tikkonserva l-ilma u s-saħħa fl-ikel, ippjana bil-quddiem u ħallih idub fil-friġġ.

2. Naddaf il-platti minflok tlaħlaħhom qabel taħsilhom.

3. Jekk jaqagħlek xi silġ, tarmihx fis-sink iżda poġġih fi pjanta fid-dar minflok.

4. Installa water heater (geyser) żgħir ħdejn is-sink tal-kċina ħalli ma tħallix l-ilma mitfuħ sakemm jisħon. Dan inaqqas ukoll l-ispejjeż tal-enerġija.

5. Aħsel meta d-dishwasher tkun mimlija. Uża l-   programmi fast/eco meta jkun possibli.

6. Dishwashers tipikament jaħlu inqas ilma milli kieku taħsel il-platti b’idejk. Energy Star dishwashers jiffrankaw iktar ilma u enerġija. Jekk id-dishwasher tiegħek huwa ġdid evita li tlaħlaħ. Mudelli ġodda jaħslu iktar minn dawk antiki.

7. Agħżel id-daqs tal-borma skont il-bżonn. Borom kbar jistgħu jużaw aktar ilma milli hemm bżonn.

Sajjar l-ikel bl-inqas ammont ta’ ilma possibbli. Dan jgħin ukoll biex l-ikel iżomm iktar nutrijenti.

Żomm tazza waħda biex tixrob minnha kuljum jew imla flixkun. Dan inaqqas in-numru ta’ drabi li jkollok għalfejn taħsel it-tazzi.

8. Ixtri aerator għal kull vit li għandek fid-dar. L-aerator jifrex l-ilma li jkun ġej mill-vit tiegħek fi qtar iżgħar. Dan jipprevjeni t-titjir tal-ilma waqt li fl-istess ħin inaqqas il-konsum u jżid l-fluss ta’ l-ilma.

Meta taħsel il-platti b’idejk tħallix l-ilma miftuħ. Imla friskatur bl-ilma għall-ħasil u agħmel ieħor bl-ilma għat-tlaħliħ.

Ħalli l-borom u t-twaġen jixxarrbu minflok tħalli l-ilma nieżel waqt li tkun qed taħsilhom.

9. Aħsel il-frott u l-ħaxix ġo kontenitur minflok ma tħalli l-ilma nieżel mil-vit.

10. Uża l-ilma li jkun fadal mill-ikel li tkun sajjart biex taħsel il-ħaxix, u biex issaqqi l-pjanti.

Dan it-tagħrif twassal minn ilma.org.mt