Ara kif tista’ tieħu sehem fl-ewwel kompetizzjoni tar-Rubik’s Cube f’Malta

Nhar it-30 ta’ Novembru se ssir l-ewwel kompetizzjoni li qatt saret tar-Rubik’s Cube ġewwa Malta. Il-kompetizzjoni qed tkun organizzata minn James Golding u Ron van Bruchem li qed jirrappreżentaw il-World Cube Association.

Speedcubing kiseb popolarità madwar id-dinja. S’issa saru madwar 6000 kompetizzjoni, b’aktar minn 1000 minnhom saru fl-2018. Aktar minn 90 pajjiż kellhom minn tal-inqas kompetizzjoni waħda s-sena li għaddied. Kull sentejn issir Kampjonat tad-Dinja li jsir kull darba f’pajjiż differenti. L-aktar waħda riċenti saret ġewwa Melbourne f’Lulju ta’ din is-sena.

Il-Malta Open 2019 Speedcubing li hi miftuħa għall-etajiet kollha se ssir ġewwa l-Università ta’ Malta. Il-kompetizzjonijiet huma li ġejjin: 3x3x3 cube, 2x2x2 cube, 4x4x4 cube, 5x5x5 cube, Pyraminx, Skewb u 3x3x3x blindfolderd.

Il-kompetizzjoni se tibda fid-9:30 u tispiċċa fil-17:30. 60 persuna biss jistgħu jieħdu sehem u kull min jiddeċiedi li japplika jrid iħallas €4. Dawk li jixtiequ jikkompetu jistgħu japplikaw minn hawn.