Ara kif tista’ tgħin lill-persuni bla familja

Għada se ssir maratona għal ġbir ta’ fondi b’risq il-Fondazzjoni Nazareth taż-Żejtun li tgħin lil persuni li m’għandhomx familja jew li ma jistgħux jgħixu mal-familja tagħhom. Il-maratona se tkun qed tixxandar live fuq l-istazzjonijiet lokali f’ħinijiet differenti.

Tul il-maratona se jkunu qed jinbiegħu numru ta’ pitturi ta’ Daniel Scerri kif ukoll beritta oriġinali tas-sewwieq tal-Formula 1, Lewis Hamilton. Se jkunu qed jipparteċipaw u jagħtu sehemhom bosta personalitajiet fosthom l-Isqof Emeritus Pawlu Cremona.

Jekk tixtieq tgħin u tagħti donazzjoni tista’ ċċempel fuq:

51602091 għal donazzjoni ta’ €10

51702017 għal donazzjoni ta’ €15

51802092 għal donazzjoni ta’ €25

Jew b’SMS fuq 50618078 għal donazzjoni ta’ €4,66.